Lokali

Se tkompli titkattar il-koperazzjoni bejn il-Community Chest Fund u għaqdiet bħall-Hospice

Il-prezzijiet tal-kimoterapija li qed jitħallsu mill-pazjenti tal-kanċer qed jiżdiedu b’25% kull sena, bil-konswegwenza li qed iżidu l-repssjoni fuq il-fondi tal-Community Chest Fund. Is-servizzi mogħtija mill-Moviment Hospice lill-persuni li jkunu qed isofru mill-marda tal-kanċer u lill-membri tal-familji tagħhom kienu trattati waqt żjara li l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għamlet fir-Respite Care Centre tal-Moviment Hospice f’Ħal Balzan.

Il-President ta’ Malta esprimiet l-impenn tagħha li titkattar il-koperazzjoni bejn il-Malta Community Chest Fund u l-Moviment Hospice. Dan bl-iskop li jissaħħu s-servizzi mogħtija minn dan il-Moviment. Marie Louise Coleiro Preca, li kienet akkumpanjatha minn żewġha Edgar, tkellmet dwar il-mod kif dejjem qed tiżdied it-talba għall-fondi lill-Malta Community Chest Fund.

Permezz ta’ dawn il-fondi jkunu mgħejjuna eluf ta’ nies li jkollhom problemi.