Futbol Sport

Abbiati jġedded il-kuntratt ma’ Milan

Il-goalkeeper veteran ta’ Milan Christian Abbiati ġedded il-kuntrat tiegħu mar-Rossoneri b’sena u bġhekk se jibqa’ mar-Rossoneri sa Ġunju tal-2015. Abbiati, li għandu 36 sena ilu ma’ Milan sa mill-1998 u kien iddebbutta mat-tim tal-kbar f’Jannar tal-1999 meta kellu 21 sena.

Matul dawn is-snin Abbiati mhux dejjem kien l-ewwel għażla bejn il-lasti ta’ Milan u lagħab għal diversi staġuni ma’ timijiet oħra b’self fosthom Juventus, Torino u Atletico Madrid. Fl-2008 Abbiati irritorna minn ma’ Atletico u minn dakinhar ‘l hawn kiseb post fiss mal-ewwel 11. Dan l-istaġun Abbiati lagħab 39 darba ma’ Milan li spiċċaw fit-tmien post fis-Serie A.

SCHAAF – Eintracht Frankfurt ħatru lil Thomas Schaaf bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li matul l-aħħar jiem ħalla l-kariga Armin Veh. Schaaf iffirma kuntratt ta’ sentejn mall-klabb Ġermaniż li dan l-istalġun spiċċa fit-13-il post fil-Bundesliga. Minn naħa tiegħu Veh ingħaqad ma’ Stuttgart wara tliet snin imexxi lil Eintracht Frankfurt. Matul l-istaġun li għadda Schaaf kien ma’ Werder Bremen li spiċċaw fl-14-il post fil-kampjonat.

AMBROSINI – Il-midfielder Taljan Massimo Ambrosini ħabbar li se jitlaq lil Fiorentina wara biss staġun jilgħab magħhom. Il-midfielder veteran lagħab 21 darba mal-Viola fil-kampjonat wara li ingħaqad magħhom mingħand Milan. F’kummenti li ta Ambrosini qal li x’aktarx il-klabb li jmissu jilgħab miegħu mhux se jkun Taljan.