Waqt attività organizzata lbieraħ filgħaxija fid-Dar Ċentrali, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech appella lill-Gvern Laburista biex ma joqgħodx iġib skużi u jwaħħal f’ħaddieħor għan-nuqqasijiet tiegħu. Il-Gvern għandu jaħdem biex il-fondi li nkisbu minn Gvern Nazzjonalista jintefqu fi proġetti li jirrendu u ma jintilfux, appella l-kandidat tal-PN.
Francis Zammit Dimech ħeġġeġ lil kulħadd biex joħroġ jivvota għall-kandidati kollha tal-PN u biex f’dawn l-aħħar ftit jiem ta’ qabel l-elezzjoni, isir sforz biex nikkonvinċu lil min għadu ma ddeċidiex li jivvota, ħalli joħroġ jagħti l-vot tiegħu.
//= $special ?>