Grupp żgħażagħ Iranjani kienu arrestati talli poġġew video fuq l-Internet fejn jidhru jkantaw il-kanzunetta popolari ‘Happy’ tas’ Pharrell Williams.
Il-video juri tliet ġuvintur u tliet tfjaliet mingħajr velu jiżfnu f’Tehran, il-kapitali tal-Iran.
Il-kap tal-Pulizija Iranjana Hossein Sajedinia qal li l-video kien volgari u kien jweġġa’ l-moralita tal-pubbliku. It-televiżjoni nazzjonali iranjan xandar filmat taż-żgħażagħ jammettu l-ħtija tagħhom. Xi wħud minnhom sostnew li kienu ingannati u l-filmat tagħhom ikantaw mhux suppost ixxandar.
Rapporti indikaw li madwar 13-il persuna kienu arrestati minħabba dan il-video li ma juri xejn skabruż u saret speċi ta’ moda fost żgħażagħ madwar id-dinja li jpoġġu video tagħhom ikantaw din il-kanzunetta.
Williams, li l-kanzunetta tiegħu din is-sena kienet nominata gżħal Oscar, kien irrabjat ħafna għal dawn l-arresti partikolarment peress li l-kanzunetta tiegħu hi dwar il-bżonnt al-ferħ fid-dinja.
Fl-Iran hemm dik li tissejjaħ il-pulizija tal-moralita li tassigura li li n-nies qed jobdu l-morlita Islamika.
//= $special ?>