Kunsilli Lokali Lokali

Il-KKLPN imħasseb dwar il-kummenti ta’ Marc Sant li hawn Kunsilli Lokali ‘żejda’

Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) esprima t-tħassib serju tiegħu wara li l-President tal-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali Dr. Marc Sant stqarr f’artiklu ppubblikat nhar l-20 ta’ Mejju 2014 li n-numru ta’ Kunsilli Lokali f’pajjiżna għandu jonqos.

Il-KKLPN tħoss li dan l-atteġjament da parti tal-persuna li tirrapreżenta lil Kunsilli Lokali kollha idgħajjef il-posizzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-KKLPN għalhekk talbet minn Dr. Sant kjarifika sabiex jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li fl-opinjoni tiegħu huma żejda. KKLPN titlob ukoll minn Dr. Sant kjarifika dwar x’konsultazzjoni għamel sabiex wasal għal konklużjoni li hawn Kunsilli Lokali ‘żejda’.

Il-KKLPN tirriafferma s-sapport sħiħ tagħha lejn il-Kunsilli Lokali kollha u tesprimi diżappunt lejn dak li jidher li huwa xettiċiżmu sottili lejn il-Kunsilli Lokali kemm da parti tal-istess Dr. Marc Sant kif ukoll tal-gvern immexxi mill-Partit Laburista.