Qed isiru l-aħħar irtokki għall-vjaġġ li se jagħmel fi tmiem il-ġimħga l-Papa Franġisku fil-Lvant Nofsani. Vjaġġ li mistenni jara sigurta aktar mis-soltu għal vjaġġ simili. Dan wara li l-Papa esprima x-xewqa li jivjaġġa f’karrozza normali u m’hux waħda bullett proof kif ukoll li jitħalla kemm jista’ jkun jiltaqa’ man-nies. Dan mistenni jkun uġiħ ta’ ras kbira peress li diġa qed ikun hemm protesti kotnra ż-żjara minn estremsiti Lhud u Musulmani.
Hu se jkun akkumpanjat minn Rabbi u reliġjuż islamiku matul dan il-vjaġġ bħala simbolu tal-importanza li jagħti lid-djalogu bejn ir-reliġjonijiet. Mis-Sibt, il-Papa se jagħti bidu għal vjaġġ ta’ tliet ijiem fl-Iżrael, il-Ġordan u t-territorji Palestinjani.
Il-grupp militanti tal-Hezbollah hu wkoll irrabjat dwar il-vjaġġ li se jagħmel il-Patrijarka Marjonita Beshara Rai – l-ewwel darba li Patrijarka sejjer l-Iżrael – biex jiltaqa’ mal-Papa.
Imma osseraturi qalu li l-Papa Franġisku għandu diversi vantaġġi fuq il-Papiet li fil-passat żaru l-Lvant Nofsani. Dan peress li hu mhux Ewropew u għalhekk ma jistax ikun assoċjat mal-kapitali koroh ta’ diversi pajjiżi Ewropei fil-konfront ta’ kemm il-Lhud kif ukoll il-Musulmani. Barraminhekk meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires, hu kien diġa qed jagħti importanza lid-djalogu mal-Lhud u Musulmani.