Fil-bidu tas-sena li ġejja l-UEFA mistennija tipproponi, quddiem il-Bord Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol (IFAB), tibdil fir-regoli marbuta mal-karti sofor. Dan ħabbru l-eks referee Pierluigi Collina fejn qal li l-UEFA trid li jekk player iweġġa’ lill-avversarju dan idum barra mill-grawnd sakemm il-player li jkun imweġġa’ jirritorna fil-grawnd. Il-player li jikkawża l-injury ikollu jitlef l-istess ammont ta’ minuti li jkun qed jitlef l-avversarju tiegħu. Jekk il-player li jkun imweġġa’ ma jkunx jista’ jkompli jilgħab u jkun mibdul, il-player li jkun ikkommetta l-fawl jidħol lura fil-grawnd meta ssir is-sostituzzjoni.
“Is-sistema attwali m’hijiex ġusta għax jekk player imweġġa’ lil player ieħor it-tim ta’ kontrih jispiċċa jilgħab b’10 players kontra 11. Billi jintwera karta safra, it-tim xorta jkun qed igawdi vantaġġ numeriku,” qal Collina waqt laqgħa li saret fil-belt ta’ Turin. Il-laqgħa tal-IFAB li jmiss se ssir bejn Frar u Marzu tal-2015 u se jkun f’dawk il-ġimgħat fejn mistennija tittieħed deċiżjoni dwar din il-proposta tal-UEFA.
//= $special ?>