Akuma Mensa, immigrant żagħżugħ ta’ 21 sena minn Sierra Leone u residenti Wied il-Għajn, ġie lliberat minn akkużi li weġġa’ erba’ immigranti oħra permezz ta’ sewqan traskurat, perikoluż u negliġenti.
Huwa ma nstabx ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq Samuel Ata, u ġrieħi ħfief fuq Kwabina Martin, Pope Kwake u Kwasi Kuranti Daneal Aldo. L-inċident seħħ fl-għodwa tas-16 ta’ Jannar tal-2010, meta Mensa kien qed isuq il-karozza tiegħu tal-marka Citroen fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, ġewwa Ħal-Luqa.
Huwa kien qed jiġi mixli wkoll li saq b’veloċità qawwija fejn qabeż ukoll il-limitu. L-Ispettur Spiridione Zammit spjega li l-Pulizija ta’ Ħal-Luqa kienu nfurmati mill-“Control Room” li inċident tat-traffiku kien seħħ fit-triq imsemmija fejn mill-investigazzjonijier preliminary rriżulta li Citroen sewda kienet daħlet f’siġra u erba’ passiġġieri kienu weġġgħu.
Il-karozza kienet ġarrbet ħsarat estensivi, l-aktar fuq in-naħa ta’ quddiem. Fil-fatt il-karozza kienet spiċċat tħares lejn il-karozzi li kienu ġejjin mid-direzzjoni opposta, lejn Santa Luċija.
Filgħaxija stess, il-Pulizija kienet infurmata li wieħed mill-passiġġieri kien fil-periklu li jitlef ħajtu, u għalhekk kienet saret inkjesta Maġisterjali. Tnejn mill-Pulizija kienu qalu li l-Pulizija li kienu jafu lis-sewwieq, “di vista”. Huwa kien ġabarhom miċ-Ċentru ta’ Ħal-Far. Qalu li qabel l-inċident ħassew il-karozza tiskiddja, iżda ma ftakru xejn aktar.
Fl-istqarrija tiegħu Mensa qal li kien ġabar lill-immigranti l-oħra mill-istage tal- Marsa. Huwa wkoll kien jafhom “di vista”. Qal li kien qed isuq b’veloċita’ normali u f’daqqa waħda hu ppanikkja meta kien hemm karozza li qabżithom, u tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu.
Huwa qal li meta ra lill-passiġġieri mweġġa’, kien qed jibża u pprova jċempel lil min iħaddmu, iżda ma kellux “credit” fil-mobile. Imbeżża u konfuż, huwa ħalla x-xena tal-inċident u pprova jixtri “card” tal-mobile, qabel ma persuna li kienet għaddejja mit-triq tagħtu “lift” sa Wied il-Għajn.
Wara li ħa miegħu d-dokumenti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-polza tas-sigurtà, Mensa qal li ċempel lill-Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn. Huwa wkoll ċaħad li kien taħt l-influwenza tax-xorb.
Il-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-passiġġieri kollha kkonfermaw li Mensa tilef il-kontroll tal-karoza, fejn l-“isteering” illokkja wara li karozza kienet qabżithom. Mill-provi tal-passiġġieri, irriżulta wkoll li aktar kmieni fil-jum tal-inċident, it-toroq kienu jiżolqu peress li kienet għamlet ix-xita.
//= $special ?>

