Huma tlieta l-investituri li qed juri interess qawwi fil-proposta tal-Kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Helga Ellul, dik ta’ Freeport għal oġġetti lussużi. Fi stqarrija, Helga Ellul qalet li dan juri li mhux talli l-inizjattiva tista’ sseħħ talli qed tattira l-investituri biex jinħolqu bejn 100 u 150 impjieg.
Il-proposta ta’ Helga Ellul tinkludi faċilitajiet għal oġġetti ta’ valur għoli bħal ħaġar prezzjuż u dokumenti li jkunu maħżuna f’Malta mingħajr ma jitħallas dazju fuqhom kif ukoll postijiet apposta fejn dawn l-oġġetti jkunu għall-wiri u minn fejn ikun jista’ jsir xiri jew bejgħ ta’ dawn l-oġġetti.
Helga Ellul qalet li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa ideali biex jospita dan it-tip ta’ Freeport minħabba raġunijiet loġistiċi. Il-Prim Ministru Joseph Muscat aċċetta li jiltaqa’ ma’ Helga Ellul ġimgħatejn oħra biex jiddiskuti l-inizjattiva u l-proposta tagħha.
//= $special ?>