Il-familjari tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff ingħataw kumpens ta’ €24,200 mill-Bord Arbitrarju tal-Artijiet wara espropjazzjoni ta’ propjetà fi Triq l-Ajkla, Bormla. Il-każ kien infetaħ mill-Perit Mintoff stess, uliedu u membri oħra tal-familja. Il-propjetà kienet ġiet espropjata f’Novembru 2006, meta l-Gvern kien offra lill-familja s-somma ta’ €10,482.
Il-familja Mintoff kienet ikkontestat dan l-ammont u qalet li dan ma kienx jirrifletti l-valur propju tal-propjetà, li skont huma kienet ta’ €37,269. Qalu li għamlu l-evalwazzjonijiet tagħhom fuq il-bażi ta’ rapport li kien sar mill-Perit Edwin Mintoff.
Il-propjetà tikkonsisti f’ħanut ta’ 24 metru kwadru. Wara li kkunsidra rapport li saru minn żewġ Periti appuntanti mill-istess Bord u l-valutazzjoni tal-familja Mintoff, iċ-Chairman tal-Bord il-Maġistrat Giovanni Grixti iddeċieda li l-propjetà li għadha strutturalment b’saħħitha kienet tiswa €24,200 fiż-żmien tal-espropjazzjoni.
//= $special ?>

