L-Assistent Kummissjonarju Elettorali (AEC) tal-Partit Laburista li s-Sibt li għadda tkeċċiet mid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa wara li allegatament, waqt li l-anzjani f’din id-dar bdew jivvutaw, bdiet tqassam materjal ta’ propaganda tal-kandidat Laburista Charlon Gouder, taħdem fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari José Herrera. Barra minhekk, sa ftit ġimgħat ilu kienet Uffiċjal fis-Segretarjat Privat ta’ Marie Louise Coleiro Preca.
MaltaRightNow.com jinsab f’pożizzjoni li jiżvela li din ir-rappreżentanta tal-Partit Laburista jisimha Connie Griffiths Bianchi. Mill-informazzjoni li għandna, il-Kummissjoni Elettorali issa għaddiet dan il-każ f’idejn il-Pulizija, li qed tinvestiga lil Griffiths Bianchi. Kienet il-Kummissjoni Elettorali stess li f’laqgħa aktar kmieni din il-ġimgħa ddeċidiet li l-każ għandu jgħaddi f’idejn il-Pulizija.
Allegatament, l-AEC tal-Partit Laburista bdiet tqassam flyers ta’ Charlon Gouder waqt li kienet għaddejja l-votazzjoni fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa. Dan wassal biex l-istess AEC titkeċċa matul il-ġurnata mill-Kummissjoni wara lment li tressaq. Connie Griffiths Bianchi mhux biss tappoġġja l-kandidatura ta’ Charlon Gouder, iżda hi wkoll kollega ta’ Gouder fis-Segretarjat Privat ta’ Herrera.
Jirriżulta wkoll li Griffiths Bianci hi viċin sew tat-tmexxija Laburista, tant li minbarra li ngħatat żewġ impjiegi mal-Gvern fl-aħħar 14-il xahar, kienet appuntata wkoll mill-istess Gvern bħala membru fuq il-Bord tal-Adozzjonijiet.
//= $special ?>