Il-winger Franċiż Franck Ribery żvela li matul ix-xahar li ġej se jkun qed jikkompeti fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Ribery, li llum-il ġurnata għandum 31 sena se jkun qed jieħu sehem għat-tielet darba f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Fl-2006 kien spiċċa fuq in-naħa telliefa fil-finali kontra l-Italja filwaqt li erba’ snin wara kien parti mit-tim li iddiżappunta bil-kbir u safa eliminat mill-fażi tal-gruppi.
“Din se tkun l-aħħar darba li se nkun qed nilgħab fit-Tazza tad-Dinja. Erba’ snin oħra jkolli 35 sena u nemmen li jkun hemm players iżgħar minni li jkunu jistgħu joffru aktar minni lit-tim nazzjonali. Bla dubju t-tim tagħna, bil-kwalita` li għandu jrid jimmira li jirbaħ il-kompetizzjoni,” qal il-player ta’ Bayern Munich. Fil-fażi tal-gruppi Franza se tilgħab kontra l-Iżvizzera, l-Honduras u l-Ekwador.
JEDINAK – Il-midfielder Mile Jedinak se jkun il-captain tal-Awstralja waqt it-Tazza tad-Dinja wara li Lucas Neill tħalla barra mill-iskwadra. Tul dawn l-aħħar żewġ staġuni Jedinak kien captain ta’ Crystal Palace fl-Ingilterra. Nhar it-Tnejn li ġej l-Awstralja se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Afrika t’Isfel filwaqt li fil-fażi tal-gruppi taffronta liċ-Ċile, Spanja u lill-Olanda.
//= $special ?>