“L-anzjani m’humiex għodda elettorali li tużahom u tarmihom l-għada tal-elezzjoni iżda jixirqilhom dinjità għal kontribut kbir li taw u għadhom jagħtu lis-soċjetà ta’ pajjiżna. Fl-ewwel erbatax-il xahar bhala Prim Ministru, Joseph Muscat wera li l-anzjani għalih huma biss voti li seta’ jwarrab wara l-elezzjoni b’deċiżjonijiet differenti li naqqas il-kwalità tal-ħajja tagħhom.” Dan qalu l-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Stefano Mallia.
Huwa semma’ tliet stiwazzjonijiet speċifiċi li huma xhieda ta’ dan l-aġir mill-Prim Ministru:
Stefano Mallia rrefera ghall-ħlas ta’ 300 ewro li Gvern Nazzjonalista kien ta lill-anzjani fil-leġislatura li għaddiet. Il Gvern Laburista iddecida li jaqsam dan l-ammont f’biċċiet żgħar matul is-sena. Dan l-aġir tellef is-saħħa ta’ din l-allowance, li kienet tippermetti lil anzjani biex darba fis-sena jagħmlu xi akkwist importanti li jkollhom bżonn.
It-tieni, il-problema dejjem tikber tal-mediċini: Joseph Muscat, wiegħed lill-anzjani mediċini sal-bieb tad-dar. Mhux talli ma waslux sal-bieb tad-dar, talli issa l-anzjani qed ikollhom idaħħlu idejhom fil-but biex iħallsu għal l-aktar mediċini bażiċi u li issa huma regolarment out of stock. Mallia qal li dan il-gvern qed ipoggi ftit mediċini fuq il-lista ta l-Out of Stock waqt mediċini importanti oħra qiegħed biss iġib ammonti żgħar ħafna. Dan qiegħed joħloq diffikultajiet kbar għall-anzjani li mhux qegħdin isibu mediċini importanti għall-kondizzjonijiet bħal pressjoni għolja u l-kura tal-qalb. Dan qiegħed iħasseb sew lil anzjani tagħna.
It-tielet, il-problema dejjem tikber tal-waiting lists fl-isptar – realtà, li kompliet tiggrava serjament taħt Gvern Laburista, speċjalment fid-dawl tad-deċiżjoni żbaljata tal-Gvern li jwaqqa’ l-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel mas-settur privat u li kien beda jgħin biex tonqos l-istennija f’ċertu setturi. Fuq dan Mallia qal li l-gvern preżenti pprova jindirizza din l-problema bl-aktar mod delettantesk billi jew tella’ tinda, jew reġa’ fetaħ St. Lukes jew poġġa l-pazjenti fil-kuruturi.
Għaldaqstant Stefano Mallia appella lill-Prim Ministru biex dan jerġa’ lura fuq dawn id-deċiżjonijiet żbaljati, u jżomm f’moħħu l-kontribut importanti tal-anzjani fis-soċjetà Maltija. Dan, sostna Mallia, bl-għan li l-anzjani jgawdu l-anzjanità tagħhom b’dinjità u jgawdu l-kwalità tal-ħajja aħjar li tixirqilhom.
“Il-gvern għandu responsabilità li jara’ li ssir ġustizzja soċjali ma’ kulħadd speċjalment l-anzjani tagħna”.
//= $special ?>