Internazzjonali

L-Ebay iħeġġeġ lin-nies ibiddlu l-password

Is-sit elettroniku Ebay talab lil dawk li għandhom kont miegħu biex ibiddlu l-password wara li s-sit safa mira ta’ attakk minn hackers li rnexxielhom jidħlu fis-sistema.

L-Ebay hu magħruf madwar id-dinja għaliex fuqu wieħed jista’ jixtri u jbigħ minn kollox.

Skont l-Ebay, il-hackers irnexxielhom jidħlu f’database fejn kien hemm il-passwords ta’ xi nies kif ukoll informazzjoni oħra iżda mhux dik finanzjarja.

Il-kumpanija Amerikana qalet li s’issa ma kienx hemm evidenza li saret xi attività mhux awtorizzata imma tat il-parir li l-aħjar ħaġa hi li wieħed ibiddel il-password.