L-Ingilterra diġa` bdew janalizzaw il-filmati tal-ewwel avversarji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja l-Italja, skont il-kowċ nazzjonali Roy Hodgson.
L-Ingliżi se jkunu qed jilagħbu fi Grupp D flimkien mal-Urugwaj, l-Italja u Costa Rica u jistgħu jinqabdu fuq sieq ħażina fil-finali jekk fl-14 ta’ Ġunju jibdew b’telfa kontra t-tim ta’ Cesare Prandelli.
Hodgson u l-istaff tiegħu bdew janalizzaw il-partita tal-Italja sa mill-Euro 2012 bil-għan li jippreparaw tajjeb għall-ewwel partita f’Manaus.
“Qed nanalizzaw ħafna filmati dipartiment, dipartiment f’kull aspett tal-logħba Taljana, kif jaffetwana u x’irridu nagħmlu. Qed nanalizzawhom bħala dipartimenti u mhux individwali. Qed nitkellmu kif il-midfield tagħna jrid jattakka jew jiddefendi. Se jkunu l-midfielders kollha involuti u mhux biss l-erbgħa jew il-ħamsa li se nagħżlu,” qal Hodgson.
Pressing malajr fil-midfield jista’ jkun fattur determinati li ma jħallix lill-midfielder Andrea Pirlo jilgħab il-logħba tiegħu. Imma kemm jistgħu jdumu jippressaw l-Ingliżi, hi storja oħra fi sħana u umdità fl-Arena Amazonia.
Hodgson għandu diversi idejat kif jista’ jkun iqassam it-tim imma se jistenna ftit ieħor qabel jiddeċiedi biex jara l-kundizzjoni fiżika tal-plejers.
“Għandi ħafna idejat imma xejn deċiż. Ma nafx kif se jkunu l-plejers tlieta jew erba’ ġimgħat oħra. Ma nafx kif se tkun il-kundizzjoni fiżika tagħhom.”
Hodgson qed jippjana li jmur jara lill-Italja tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra r-Reopubblika Ċeka fil-31 ta’ Mejju imma qal li minn konfront bħal dan hemm limitu ta’ informazzjoni li jista’ jieħu.
//= $special ?>