Internazzjonali

Mubarak kundannat tliet snin ħabs

Qorti fl-Eġittu kundannat lill-eks President Hosni Mubarak għal tliet snin ħabs wara li nstab ħati li bagħbas mill-fondi pubbliċi.

Iż-żewġ subien tiegħu, Alaa u Gamal, fl-istess proċess kienu kundannati erba’ snin ħabs.
It-tlieta kienu wkoll immultati tliet miljun dollaru u ordnati jħallsu lura 17.6 miljun dollaru li kienu akkużati li ħadu għalihom mill-fondi pubbliċi.

Mubarak għadej proċess ukoll minħabba abbuż tal-poter u talli konfoffa biex jinqatlu n-nies matul il-rpotesti tal-2011 li imbagħad waslu biex jirriżenja.

Mubarak diġa kien kundannat għal għomru l-ħabs b’rabta mal-protesti lis aru fl-2012.
L-attenzjoni tal-pubbliku fl-Eġittu għall-proċessi ta’ Mubarak battiet minn mindu f’Lulju tas-sena li għaddiet Mohammed Morsi tneħħa mill-poter u issa anki hu qed iħabbat wiċċu ma’ diversi proċessi l-qorti.