L-Awstrijakk Michael Rogers ta’ Tinkoff-Saxo rebaħ il-11-il tappa tal-Giro d’Italia, tappa li saret fuq distanza ta’ 249km minn Collecchio sa Savona. Ta min jinnota li din hi t-tieni l-itwal tappa tal-Giro u Rogers rebaħ billi għelebl l-isfida ta’ Simon Geschke u Enrico Battaglin li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Rogers kellu wirja mill-aqwa tant li hekk fl-aħħar kilometru kellu vantaġġ ta’ 20 sekonda fuq Geschke.
Diego Ulissi waqa` bir-rota u s’issa għadu mhux magħruf jekk dan hux se jkun f’kundizzjoni tajba biex jieħu sehem fit-12-il tappa ta’ llum li hi twila 41.9km. Cadel Evans għadu qed jokkupa l-ewwel post tal-klassifika ġenerali filwaqt li fit-tieni u fit-tielet post hemm Rigoberto Uran Uran u Rafal Majka rispettivament.
//= $special ?>