Lokali

Il-MEPA tirrifjuta proposta għall-bini ta’ kumpless tal-produzzjoni tal-inbid

Il-MEPA dalgħodu rrifjutat permess biex jinbena kumpless tal-produzzjoni tal-inbid li kien qed jiġi propost li jsir barra miż-żona tal-iżvilupp fil-limiti tal-Bidnija.

Minkejja li ż-żona, li hi karatterizzata minn art agrikola, hi koperta minn outline development permit, li nħarġet mill-Bord tal-Appelli lura fl-2011, il-Bord tal-MEPA lbieraħ qal li l-proposta tal-bini ta’ kumpless tal-produzzjoni tal-inbid ma kienx konformi mal-politika eżistenti tal-MEPA.

Il-Bord ħa inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-istrutturi eżistenti fiż-żona huma l-iktar residenzi.