L-azzjonisti tal-MIA approvaw il-ħlas ta’ dividend net totali ta’ 7.5ċ għal kull sehem, li jirrappreżenta ħlas nett ta’ €10 miljun. Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, iċ-Chairman tal-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tkellem dwar ir-riżultati miksuba mill-MIA matul is-sena li għaddiet, fosthom żieda ta’ 10.5% fil-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport.
Nikolaus Gretzmacher qal li s-sena li għaddiet l-MIA għaddiet lill-Gvern €10 miljun f’forma ta’ distribuzzjoni ta’ dividend fuq l-20% tal-ishma u t-tassazzjoni. Hu qal li s-settur tal-ħwienet u l-propjetà rreġistra żieda ta’ 21%, l-aktar minħabba l-ħlasijiet tal-kiri ta’ Skyparks Business Centre.
Iċ-Chairman tal-MIA qal li d-determinazzjoni u x-xogħol iebes tat-tim tal-Management u l-istaff flimkien mar-riżultati miksuba s-sena li għaddiet ifissru li l-MIA hi lesta biex tiffaċċja l-isfidi ta’ din is-sena.
//= $special ?>