Kienet ikkonfermata l-inkompetenza tal-Gvern Laburista fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea wara li l-Partit Nazzjonalista llum ippubblika ittra li, fil-5 ta’ Marzu 2103, kienet intbagħtet mill-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iż-żmien Tonio Fenech lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Joaquin Almunia. Minn din l-ittra joħroġ kif sal-aħħar mumenti tal-leġiżlatura, il-Gvern Nazzjonalista baqa’ jinsisti li l-pjani tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat ma kienux aċċettabbli għal Malta.
Bħalissa, il-Gvern qed jiffaċċja kritika fl-opinjoni pubblika għall-fatt li ma rnexxielux jinnegozja mal-UE biex Malta tibqa’ tkun f’pożizzjoni li tagħti għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ State Aid lill-industrija lokali. Fi stqarrija, il-PN akkuża lill-Gvern Labuirsta b’inkompetenza fin-negozjati mal-UE, bil-konsegwenza li l-Gvern Malti issa se jkollu jnaqqas l-għajnuna li kien qed jagħti lill-indsutrija, f’deċiżjoni li se twassal biex Malta tkun anqas attraenti għall-investiment milli kienet qabel.
Il-PN qal li għall-kuntrarju, it-track record tiegħu fil-Gvern fin-negozjati mal-UE hu wieħed b’saħħtu u bil-fatti. Anke r-rapport tal-2012 dwar Għawdex, li Muscat ipprova juża’ b’mod diżonest biex iħammeg lill-PN, hu ċertifikat ta’ dan għax filwaqt li fih jingħad li Għawdex kellu jingħata €56 miljun f’fondi, sa Jannar 2013 il-Gvern kiseb rekord ta’ €112 miljun għal Għawdex.
Agħfas hawn biex tara l-ittra.
//= $special ?>