L-Italja qed tkompli tagħmel pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea għal azzjoni konkreta, kemm rigward l-immigrazzjoni rregolari kif ukoll għas-sitwazzjoni fil-Libja. Din is-sena fl-Italja żbarkaw 36,000 immigrant u l-Frontex qalet li fit-total din is-sena 42,000 immigrant irregolari ppruvaw jidħlu fl-UE. Dan ifisser tliet darbiet aktar mis-sena li għaddiet.
Sadattant, fil-Libja s-sitwazzjoni mhi qed turi ebda titjib. L-eks Ġeneral Khalifa Haftar, li f’dawn l-aħħar ġranet wettaq attakki kbar fi Tripli u Bengażi, qed iħeġġeġ biex jinħatar Gvern ta’ Emerġenza. Dan wara li akkuża lill-Gvern preżenti Libjan li naqas lill-poplu Libjan u ħalla t-terroriżmu jrabbi l-għeruq fil-pajjiż. Barra minhekk, diversi uffiċjali għolja Libjani u fergħat tal-Gvern issa qed iħabbru l-lealtà tagħhom lejn Haftar.
//= $special ?>