Lokali

Splużjoni żgħira f’Ħal Għargħur

Inċident żgħir f’Ħal Għargħur ħoloq allarm lil numru ta’ residenti hekk kif semgħu splużjoni ġejja mill-viċinanzi tal-Kamra tan-Nar San Bartilmew.

Dan is-sit kien ikkuntatjat min-numru ta’ residenti li esprimew it-tħassib tagħhom. Iżda sorsi li tkellmu magħna spjegaw li l-isplużjoni żgħira seħħet wara li nħaraq xi skart tal-kamra tan-nar u li fih kien hemm ukoll xi bċejjeċ tan-nar, li splodew minħabba s-sħana.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.