Ekonomija Lokali

Tħabbir tar-rata ta’ mgħax

It-Teżor iħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2014 b’rata ta’ mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur, għall-perjodu bejn it-23 ta’ Mejju 2014 u t-22 ta’ Novembru 2014 (iż-żewġ dati nklużi)  se tkun ta’ 0.857%.

Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ b’ 0.407%, flimkien ma’ spread ta’ 45bps.

Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 6(e) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-4 ta’ Novembru, 2011 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 1017.