Lokali

“Tliet deputati tal-PN se jkunu t-tarka ta’ pajjiżna, għal Malta aħjar”

Hekk kif qed taghlaq kampanja elettorali u kapitlu ta’ sena ħidma ta’ Partit Nazzjonalista ġdid, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fid-diskors tiegħu waqt l-aħħar attivita’ politika għal din il-kampanja elettorali qal li l-partit għadu wieħed ħaj u għandu qalb li tħabbat.

Hu qal li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni hu tim magħqud fit-tmexxija u għandu ruħ li jirrapreżenta xi ħaġa: jirrapreżenta prinċipji u valuri sodi.

Fost oħrajn, Simon Busuttil fakkar diversi ġrajjiet li seħħew f’din l-aħħar sena u li juru kif il-Gvern Laburista ma jaħdimx għall-interess tal-pajjiż.

Il-mira tal-Partit Nazzjonalista hi li jittella’  t-tielet siġġu, biex ikun f’pożizzjoni aħjar biex jirrapreżenta lil pajjiżna, biex jaħdem għal Malta aħjar.

Matul l-attivita’ tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, li fid-diskors tiegħu saħaq fuq l-iżbalji tal-Gvern Laburista, li qed jaħdem għal qalba, minkejja l-wegħdi kollha tiegħu. Vot lil Partit Nazzjonalista, li jwassal biex il-partit itella’ tliet deputati, huwa l-ewwel sinjal li l-partit qed jissaħħaħ u qed jimxi fit-triq it-tajba biex jirbaħ il-fiduċja tal-poplu Malti.

Tkellem ukoll il-Viċi Kap Beppe Fenech Adami, li wassal messaġġ ta’ kuraġġ lil min qed jispiċċa mhedded minħabba t-twemmin politiku tiegħu. Hu stieden lil dawn in-nies biex jerġgħu jqisu lil partit bħala l-partit tagħhom.

Il-Viċi Kap Mario de Marco, min-naħa tiegħu, fakkar kif m’hemmx uċuħ ħomor jew blu imma uċuħ Maltin. Nhar is-Sibt se jkun bidu ta’ vjaġġ għal Partit Nazzjonalista u għal Malta, tenna Mario de Marco. Bil-vot tiegħu, kulħadd għandu ċ-ċans jagħżel Malta aħjar.

Gvern li jisma bil-voti biss allura l-poplu ghandu jitkellem bil-vot tieghu. Naghmlu kuragg..