Edukazzjoni Lokali

Filmat: Inizjattiva favur il-qari

Hekk kif din il-ġimgħa hija ddedikata għall-kotba u l-qari, l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara fil-Kulleġġ Santa Tereża nediet inizjattiva innovativa permezz tal-programm kulturali għall-istudenti KREATTIV. Din l-inizjattiva saret b’kollaborazzjoni ma’ ProMotion Limited.

Erba’ klassijiet fil-Ħames Sena tal-Iskola taw sehemhom biex ġie żviluppat is-sit www.stejjer.com li fih hemm tmien stejjer preżentati kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Dawn qegħdin fil-forma ta’ ktejjeb kif ukoll bħala stejjer awdjo-viżivi u jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit. L-istejjer inkitbu mit-tfal għat-tfal.

It-tmien stejjer għandhom dawn it-titli: L-Annimali, l-Annimali tal-Ġungla, Id-Dar tal-Fatati Bla Ċans li Naħarbu, Ġannina issib ruħha fl-Ispazju, il-Ħolma, Il-Kejk Maġiku, il-Leġġenda tas-Sur Crush u Pirati.

F’kummenti dwar dan il-proġett, id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni, Frank Fabri tkellem dwar il-benefiċċji tal-proġett għall-istudenti.

Il-Kap tal-Kulleġġ, Victor Agius tkellem dwar il-benefiċċju li t-tfal jingħataw l-ispazju biex jesprimu ruħhom.

Il-Kap tal-Iskola, Alexander Cassar tkellem dwar il-ħiliet li wżaw it-tfal.

Minbarra li kitbu l-istejjer, l-istudenti għamlu wkoll it-tpinġijiet għal dawn l-istejjer bl-akwarelli u l-krejons.