Internazzjonali

Kollox lest għall-vjaġġ tal-Papa fl-Art Imqaddsa

Kollox jinsab lest għall-vjaġġ li l-Papa Franġisku se jibda għada fl-Art Imqaddsa. Minkejja li xi wħud ippruvaw jagħtu laqta politika lil dan il-vjaġġ, il-Papa nsista li l-iskop ewlieni tal-vjaġġ hu wieħed reliġjuż. L-ewwel waqfa tal-Papa se tkun fil-Ġordan, qabel imur fit-territorju Palestinjan u mbagħad Iżrael qabel ma t-Tnejn jirritorna lura l-Vatikan.

Il-vjaġġ qed isir fil-50 anniversarju tal-laqgħa storika bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa f’Ġerusalemm u matul il-vjaġġ il-Papa se jkollu erba’ laqgħat mal-Patrijarka Ortodoss ta’ Konstantinopli. Il-vjaġġ qed isir ukoll fl-isfond tat-tħassib tal-Vatikan għall-ammont ta’ Nsara li qed jaħarbu mil-Lvant Nofsani minħabba li qed jispiċċaw dejjem aktar fil-mira.