Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa għal Canola

It-Taljan ta’ 25 sena Marco Canola ta’ Bardiani Valvole kiseb rebħa eċċellenti fit-13-il tappa tal-Giro d’Italia fuq 157 km wara li temm l-ewwel fi sprint bejn tlieta li fiha ssupera lill-Venezwelan Jackson Rodriguez u l-Franċiż Tulik minn Fossano sa Rivarolo Canavese fejn għamel ukoll is-silġ.

Kienet l-ewwel rebħa għal Conala u t-tim tiegħu f’dan il-Giro bil-grupp jidħol 11-il sekonda wara mmexxi minn Bouhanni.

Ma kien hemm ebda tibdil fil-klassifika bil-Kolombjan Rigoberto Uran jibqa’ jżomm il-flokk roża bħala lider 37 sekonda quddiem l-Awstraljan Cadel Evans u minuta u 52 sekonda fuq il-Pollakk Rafal Majka.

Illum issir tappa ta’ 164 km minn Aglie` sa Santuatio di Oropa fi Biella.