Internazzjonali

McCartney jirkupra l-isptar

Dak li kien membru tal-Beatles, Paul McCartney, kien ordnat jistrieħ għall-ġranet li ġejjin sakemm it-tobba fi sptar fil-Ġappun jiskopru x’marda għandu.

Minħabba din il-marda, McCartney, li għandu 71 sena, kellu jħassar għadd ta’ kunċerti li kien se jagħti. Hu bħalissa qed jiġi rikoverat fi sptar f’Tokjo u stqarrija li nħarġet f’ismu qalet li hu mistenni jirkupra mill-infezzjoni li qabditu. Iżda kelliema għalih qed jirrifjutaw li jispeċifikaw eżattament x’qabdu.

Hemm tama li McCartney jirkupra fil-ħin biex ikun jista’ jagħmel il-kunċerti skedati fl-Istati Uniti li jibdew fl-14 ta’ Ġunju f’Lubbock f’Texas. B’kollox hu se jagħmel 18-il kunċert fl-Istati Uniti.

McCartney mar il-Ġappun wara sensiela ta’ kunċerti fl-Amerika Latina. McCartney rarament iħassar kunċert u fl-istqarrija li nħarġet intqal li veru ddispjaċieh li kellu jieħu dan il-pass.