Atletico Madrid jinsabu logħba bogħod minn double improbabbli hekk kif is-Sibt fit-8.45 p.m. fil-Luz Stadium ta’ Benfica f’Lisbona jiltaqgħu kontra l-ġirien mill-istess belt, Real fil-finali tal-UEFA Champions League.
Ftit kienu dawk li fil-bidu tal-istaġun bassru li Atletico kienu se jirbħu l-ewwel Kampjonat Spanjol tagħhom sa mill-1996, imma l-plejers ta’ Diego Simeone aċċertaw mit-titlu bi draw 1-1 kontra r-runners up Barcelona f’Camp Nou s-Sibt.
It-tim mill-Vicente Calderon ikkonferma dan is-suċċess b’wirjiet daqstant impressjonanti fl-ogħla kompetizzjoni tal-klabbs fl-Ewropa meta għeleb lil Chelsea fis-semifinali biex wasal sal-final ta’ Lisbona, waqt li Real eliminaw lill-holders Bayern Munich.
Madankollu d-diskors din il-ġimgħa fil-preparazzjoni għal din il-finali kien kollu relatat dwar il-kundizzjoni fiżika tal-plejers importanti miż-żewġ naħat għal dan id-derby ta’ Madrid ferm interessasnti.
Diego Costa tħalla jibki wara li sofra strain fil-hamstring fid-draw għand Barcelona u kien rappurtat li mar is-Serbja biex jikkura l-injury għand speċjalista, f’mossa ddisprata biex ikun jista’ jipħu sehem fl-akbar logħba s’issa fil-karriera tiegħu.
Bħala t-tielet l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni, n-nuqqas ta’ Costa jista’ jun daqqa ta’ ħarta enormi għal Barcelona, speċjalment li l-aqwa skorer tat-turnament Cristiano Ronaldo ġie dikjarat tajjeb li jista’ jilgħab għal Real.
Il-Portugiż kien l-istilla ta’ Real biex waslu għal din il-finali fejn skorja 16-il gowl fl-Ewropa dan l-istaġun, imma tilef l-aħħar żewġ partiti li lagħbu Real minħabba injury li ġarrab fid-draw 1-1 għand Real Valladolid aktar kmieni dan ix-xahar.
Simeone fiduċjuż
Minkejja l-isfortuna ta’ Costa, Simeone jinsab fiduċjuż li l-plejers tiegħu huma preparati għal din l-isfida.
“Mill-attakkanti sal-gowlkiper, it-tim hu konxju dwar kif irridu nilaħgħbu biex niksbu suċċess bil-għan li ngħollu l-punti fejn aħna qawwija fihom u naħbu fejn aħna debboli – għaliex anke aħna għandna d-debbolezzi tagħna u nisperaw biss li ma nuruhomx.,” qal Simeone.
“Din hi rivalita` storika. Hu sabiħ għaż-żewġ timijiet fejn jidħlu partiti u l-fatt li f’belt waħda jkollhom żewġ timijiet tant qawwija bħalma huma Rela Madrid u Atletico Madrid hu sabiħ. Kull tim juża’ l-armi li għandu għad-dispożizzjoni u hi rivalita` sabiħa, hu min hu t-tim li tappoġġja.”
Real se jkunu qed ifittxu l-10 titlu Ewropew fl-ogħla livell tal-kompetizzjoni – riferut bħala La Decima – u Ranaldo jaf li għandu pressjoni.
“Dan hu mument li l-Madrileni kollha qed joħolmu bih – id-decima. Ninsabu kollha kemm aħna eċċitati u għalhekk irridu nirbħu. Se tkun finali speċjali u se nkun qed nilgħab f’pajjiżi.”
Din se tkun l-ewwel finali bejn żewġ timijiet mill-istess belt fl-istorja tat-Tazza taċ-Champions u l-UEFA Champions League u ż-żewġ timijiet mill-kapitali Spanjola ltaqgħu darba oħra biss fl-istorja tagħhom fil-kompetizzjoni kontinentali.
Rebħulhom f’La Liga
Atletico rebħu l-konfronti f’La Liga dan l-istaġun meta rebħu 1-0 fil-Bernabeu qabel draw 2-2 f’darhom – imma Real kisbu rebħa 5-0 aggregate meta ltaqgħu fuq żewġ legs fis-semifinali tal-Copa del Rey.
Il-kowċ ta’ Real Carlo Ancelotti se jkun sfurzat jilgħab mingħajr Xabi Alonso waqt li Karim Benzema (hamstring) u Pepe (pexxul) għadhom mhux mija fil-mija.
Minbarra Costa, Atletico, li tajjeb wieħd ifakkar li għadhom mhux megħluba s’issa fil-kompetizzjoni, għandhom ukoll dubju dwar il-kundizzjoni fiżika tat-Tork Arda Turan li weġġa’ rkobbtu kontra Barcelona s-Sibt li għadda.
//= $special ?>
