Lokali

Tifla tweġġa’ f’bus shelter imkissra

Tifla ta’ età żgħira u mhux ta’ nazzjonalità Maltija sofriet ġrieħi gravi minħabba bus shelter li ilha mkissra għal din l-aħħar ġimgħa. It-tifla, li flimkien mal-familja tagħha tinsab Malta għal vaganza, kellha tistenna għal aktar minn nofs siegħa biex tasal l-ambulanza u permezz tagħha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-każ seħħ tard waranofsinhar tal-Ġimgħa, fi Triq San Pawl, is-Simar, ix-Xemxija limiti ta’ San Pawl il-Baħar. Residenti li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li ilhom aktar minn ġimgħa li rrapurtaw lil Transport Malta li kien hemm din il-bus shelter miksura iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni avolja din il-bus shelter tinsab f’zona frekwentata minn ħafna Maltin u Turisti.

photo 2