Żewġ żgħażagħ Franċiżi, kienu illiberati bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien differenti wara li ammettew li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga kannabis. Il-każ seħħ fis-siegħat bikrin tal-Ħamis filgħodu meta l-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema irċevew rapport li fl-appartament fejn joqgħodu ż-żewġ imputati, kienet qed tindaqq mużika b’volum għoli.
Il-Pulizija marru fil-post u kif daħlu xammew riħa ta’ kannabis. Il-Pulizija nnutaw li kien hemm sigaretti tal-kannabis fuq il-mejda. Wara li saret it-tfittixija mal-appartament kollu, instabu total ta’ tliet grammi ta’ kannabis.
L-ewwel li tressaq kien tfajla ta’ 24 sena li wieġeb ħati li kellu pussess sempliċi ta’ kannabis. Huwa qal li bħalissa għadu mingħajr impjieg, qiegħed jistenna l-konferma ta’ impjieg minn kumpanija tal-‘online gaming’. L-imputat ilu joqgħod Malta sa minn Jannar ta’ din is-sena.
Wara tressaq żagħżugħ ta’ 25 sena, mixli li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kannabis, liema droga instabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. L-imputat, li jaħdem fl-industrija tal-gaming, qal lill-Maġistrat Ian Farrugia li bl-ammont ta’ droga li sabu l-Pulizija lanqas kien ikun biżżejjed biex isiru 12-il joint.
L-Avukat Jason Grima qal li ż-żewġ żgħażagħ kibru fi Franza, fejn l-użu tal-kannabis huwa tollerabbli, għalkemm mhux legalizzat. Filwaqt li saħaq li din mhix skuża, l-Avukat Grima talab lill-Qorti tieħu dan il-fattur bħala konsiderazzjoni.
Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat Ian Farrugia qal li kieku dak li qed jiġi propost bħalissa f’dak li għandu x’jaqsam mal-liġi tad-dekriminaliazzjoni tad-droga, daħal fis-seħħ, kieku l-Franċiżi ma nġiebux quddiemu. Madankollu, il-Maġistrat Farrugia qal li sa issa l-liġi għadha ma inbidlitx.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason Grima.
//= $special ?>

