Hekk kif daqqu s-7.00 ta’ filgħodu madwar Malta u Għawdex kollha għadhom kif fetħu l-postijiet tal-votazzjoni.
Il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jivvota biex jeleġġi sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin, biex jirrapprezentawhom fit-tmien legizlatura tal-Parlament Ewropew
Il-votazzjoni li fetħet fis-7.00 ta’ filgħodu, tagħlaq fl-10.00 tal- lejla.
Fl-2009, l-aħħar darba li saret elezzjoni bħal din, il-Partit Laburista kien tella’ 4 MEPs u l-Partiti Nazzjonalista 2. F’termini ta’ voti, il-Partit Laburista kien gab 55% kontra l-40% tal-Partiti Nazzjonalista, distakk ta’ 36 elf vot.
Is-siġġijiet li se neleġġu f’Malta jingħaqdu ma’ dawk tas-27 stat membru l-ieħor tal-UE f’Parlament Ewropew li b’kollox din id-darba se jkun iffurmat minn 751 ewroparlamentari. Il-kandidati f’din l-elezzjoni f’Malta jammontaw b’kollox għal 32, erbgħa iktar mill-2009. U huma mqassmin; 11 f’isem il-Partiti Nazzjonalista, 12 f’isem il-Partit Laburista, 2 tal-AD, 1 f’isem il-Partit tal-Ajkla, 2 tal-Alleanza Bidla, 1 tal-Alleanza Liberali, u 3 f’isem Imperium Ewropa.
Il-votanti reġistrati bid-dritt tal-vot fl-elezzjoni tal-lum jammontaw għal 344,374, kwazi 22 elf iktar mill-2009. Hemm kwazi 22 elf dokument tal-vot li baqgħu mhux miġbura. Dawk li għandhom il-vot f’idejhom biex jivvutaw f’din l-elezzjoni jammontaw għal total ta’ 322,459.
Kwazi tmint elef mit-total ta’ votanti registrati huma ċittadini Ewropej bid-dritt tal-vot f’pajjizna.
L-għadd tal-voti se jsir fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Ta’ min ifakkar li llum se jsiru wkoll elezzjonijiet f’5 kumitati amministrattivi fil-komunitajiet, maghrufin bħala hamlets. Dawn huma s-Swatar, Gwardamanga, tal-Virtu’, il-Kappara u l-Madliena.
//= $special ?>