Internazzjonali Lokali

Il-Papa Franġisku beda żjara ta’ tlett ijiem fil-Lvant Nofsani

Il-Papa Franġisku is-Sibt wara nofsinhar beda żjara ta’ tlett ijiem fil-Lvant Nofsani. Iż-żjara tiegħu bdiet fil-Gordan. F’dawn it-tlett ijiem mistenni jżur wkoll t-territorji Izrealjani u Palestini.

Il-Papa Frangisku beda ż-żjara f’Amman fejn il-programm tiegħu kien jinkludi quddiesa fi stadium u laqgħa ma’ refuġjati mis-Sirja. Fi żjara tiegħu l-Papa qed jagħmel messaġġi immirati biex itaffu t-tensjoni fir-reġjun.

Hu qed ikun akkumpanjat ukoll minn Rabbi u Imam bil-għan li anke jitwassal messagg favur relazzjonijiet oħra bejn persuni ta’ twemmin differenti. Fil-messaġġ tiegħu mal-wasla fil-Lvant Nofsani, il-Papa qal li din mhux se tkun zjara facli imma wahda li thalli l-frott. Hu intlaqa mill-Princep Ghazi, konsulent tar-Re Abdullah it-Tieni tal-Gordan li huwa fost il-persuni li l-Papa se jiltaqa’ magħhom f’dawn it-tlett ijiem. Intant, l-Izrael ħareg direttivi biex jikkontrolla attivisti Lhud li jidher li setghu iħarbtu iż-żjarat tal-Papa fil-Lvant Nofsani

U b’reazzjoni għaż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Lvant Nofsani. L-Isqfijiet Maltin ippubblikaw stqarrijja mahruga mill-Presidenza tal-Episkopat Ewropew.

Fil-messaġġ tagħhom, l-Isqfijiet saħqu li dan il-vjaġġ huwa okkażżjoni għan-nisrani biex japprezza l-isforzi tal-insara f’dan ir-regjun tad-dinja li baqaw fidili lejn it-tagħlim reliġjuż tagħhom minkejja id-diffikultajiet li jaffaċċjaw, filwaqt li appellaw lill-insara madwar l-Ewropa biex jitolbu għal paċi.

L-Isqfijiet tkellmu wkoll fuq ir-reazzjonijiet tajbin bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa, speċjalment fid-dawl tal-laqgħa tal-Papa Franġisku mal-Patrijarka Bartilmew ta’ Kostantinopli. L-Isqfijiet urew ukoll ix-xewqa tagħhom li l-eżempju ta’ dawn iż-żewġ mexxejja ikun ta’ eżempju f’dan ir-reġjun, speċjalment fid-dawl tat-taħdidiet ta’ paċi li għaddejjin bħalissa.