Wara li fl-10pm ingħalqu l-kaxxi tal-voti fil-lokalitajiet kollha ta’ madwar il-gżejjer Maltin, issa jmiss li jibda l-proċess uffiċjali tal-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Bħalissa l-kaxxi tal-voti qed jaslu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, fejn la jaslu kollha, jibda l-ftuħ tal-kaxxi u l-proċess tas-sorting, li se jilħaq l-għeqqel tiegħu fis-siegħat bikrin ta’ għada. Dan sakemm jibda l-għadd u iktar tard ikollna r-riżultati uffiċjali, li mistennija jaslu għada wara nofsinhar.
B’kollox, għal din l-elezzjoni, kien hemm ‘il fuq minn 750 kaxxa tal-vot u f’numru ta’ lokalitajiet saret ukoll l-elezzjoni tal-komunitajiet amministrattivi.
//= $special ?>