Hekk kif intemmet l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li saret matul il-jum tas-Sibt, dan is-sit għandu f’idejh ċifri uffiċjali tat-turnout fi wħud mid-distretti elettorali.
Il-lista ta’ kemm ivvutaw, skont l-informazzjoni li għandna mill-Kummissjoni Elettorali, hi kif ġej:
– L-1 distrett, li jinkludi fih il-Belt, il-Floriana u l-Ħamrun: 75%, jiġifieri tnaqqis ta’ 5%
– It-2 distrett, li jinkludi l-Kottonera, Ħaż-Żabbar u l-Kalkara: 76%, jiġifieri tnaqqis ta’ 5%
– It-3 distrett, li jinkludi ż-Żejtun: 75.0%, jiġifieri tnaqqis ta’ 7%
– Ir-4 distrett, li jinkludi Santa Luċija, Ħal Tarxien u l-Gudja: 79%, jiġifieri tnaqqis ta’ 4%
– Il-5 distrett, li jinkludi Birżebbuġa, Marsaxlokk u l-Qrendi: 77%, jiġifieri tnaqqis ta’ 3%
– Is-6 distrett, li jinkludi Ħal Qormi u Ħal Luqa: 78%, jiġifieri tnaqqis ta’ 2%
– Is-7 distrett, li jinkludi l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ u Ħad-Dingli: 77%, jiġifieri tnaqqis ta’ 5%
– It-8 distrett, li jinkludi Birkirkara, l-Iklin u Ħal Lija: 76%, jiġifieri tnaqqis ta’ 4%
– Id-9 distrett, li jinkludi l-Imsida, San Ġwann u l-Għargħur: 71%, jiġifieri tnaqqis ta’ 5%
– L-10 distrett, li jinkludi l-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema: 67%, jiġifieri tnaqqis ta’ 8%
– Il-11-il distrett, li jinkludi Ħ’Attard u l-Mosta: 74%, jiġifieri tnaqqis ta’ 4%
– It-12-il distrett, li jinkludi l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar: 64%, jiġifieri tnaqqis ta’ 8%
– It-13-il distrett, ta’ Għawdex: 77%, fejn iċ-ċifri baqgħu l-istess bħall-aħħar elezzjoni
B’hekk, skont dawn iċ-ċifri uffiċjali, ivvutaw 74.8%, bi tnaqqis ta’ kważi 4% fuq l-aħħar elezzjoni, dik tal-2009
//= $special ?>