Internazzjonali

Jinqatlu sebgħa waqt sparaturi f’California

Il-Pulizija ta’ Santa Barbara, fl-Istat Amerikan ta’ California, qed jinvestigaw ‘qtil tal-massa li deher premeditat’ wara li numru ta’ persuni tilfu ħajjithom fi sparatura għal għarrieda li seħħet ġo din il-belt matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt.

Ir-rapporti qalu li mietu sitta waqt hekk-imejjaħ drive-by shooting, b’raġel li qed ikun suspettat bħala l-aggressur ewlieni jinstab mejjet fil-karozza tiegħu, u fejn kellu ferita f’rasu li kienet ikkaġunata minn arma tan-nar.

Mifhum li r-raġel kien ħareġ bil-karozza fl-inħawi ta’ Isla Vista, fejn beda jispara mit-tieqa tal-vettura waqt li hu kien qed isuq u fejn qatel lin-nies li nzertaw ‘fil-post ħażin’. Il-qtil seħħ madwar iż-żona tal-Università ta’ California-Santa Barbara, fejn żewġ terzi tar-residenti huma studenti u fejn irriżultaw ukoll il-midruba.

Sal-bieraħ, l-awtoritajiet kienu qed jinvestigaw konnessjoni potenzjali ma’ filmat bl-isem Elliot Rodger’s Retribution li ntbagħat fuq YouTube u fejn raġel żagħżugħ jidher qed jilmenta ‘talli hu kien ilu s-snin miċħud u mwarrab min-nisa’.