Lokali

Jinstab bowser maħsub li tajjar anzjana fl-Imsida

Ftit tal-minuti ilu, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-pulizija żammet bowser tad-drenaġġ li hu suspettat li tajjar anzjana fl-Imsida, ftit qabel l-Għajn tal-Ħasselin fi Triq il-Wied. Dan wara tfittxija li saret mill-Pulizija fuq informazzjoni li l-pulizija rċeviet mingħand xhud li rat l-inċident iseħħ. Il-pulizija qed tinvestiga bowser tad-drenaġġ li nstab fil-Gzira u li ttieħed lejn id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Ilma f’Tas-Sliema

Il-pulizija jidher li żammew persuna, aktarx lix-xufier tat-trakk, li qed jgħinhom fl-istħarrig.

Il-bowser instab wara li persuna li rat l-incident iseħħ irrapurtat li kien bowser griz li tajjar lill-mara u immedjatament il-pulizija bdiet tfittxija fl-inhawi.

Sadattant, ir-raġel tal-vitma ittieħed l-isptar minħabba x-xokk qawwi li sofra, malli ħa l-aħbar.

Iktar qabel: Maria MacKay, anzjana ta madwar 75 sena mill-Imsida dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident ‘hit and run’ fi Triq il-Wied fl-Imsida.

Maltarightnow.com hu nfurmat li l-mara intlaqtet minn trakk ta’ lewn griż waqt li kienet qed taqsam it-triq minn fuq it-traffic lights. Jirriżulta li sid il-vettura baqa għaddej wara li laqat lil-mara.

Jidher li l-mara hi residenti fl-Imsida, u kienet toqgħod ftit ‘il bogħod mill-post tal-inċident fl-inħawi tal-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida.

Minn informazzjoni li għandna l-pulizija qed titlob li tara l-filmat tac-cctv cameras, tal-istabilimenti fl-inħawi, biex tiġi identifikata l-vettura li tajret il-mara.

Bdiet inkjesta maġisterjali mil-maġistrat Francesco Depasquale . L-investigazjonaijiet għadhom għaddejjin.