Minkejja li għajnejn il-Maltin huma fuq il-votazzjoni li qed issir f’pajjiżna, bejn illum u għada, mhux ahna biss qed nivvutaw għall-membri parlamentari Ewropej. L-istati membri kollha tal-UE, 28, qed jivvutaw fuq erbat ijiem, f’votazzjoni li fetħet il-Ħamis u tibqa’ għaddejja sal-Ħadd.
Fil-fatt hemm numru ta’ stati membri li diġa’ ħargu jivvutaw il-Ħamis u l-bieraħ. Oħrajn qed jivvutaw illum, magħna, u oħrajn jivvutaw għada l-Ħadd.
Il-vot f’din l-elezzjoni kbira madwar l-Ewropa se jaffettwa l-hajja ta’ iktar minn 500 miljun cittadin tal-UE. Bejniethom dawn iċ-ċittadini jridu jeleġġu 751 ewroparlamentari għall-hħames snin li gġejjin.
L-ewwel li vvutaw il-Ħamis kienu l-Irlandizi u l-Ingliżi. L-Ingliżi, fl-istess ġurnata, ivvutaw ukoll biex jeleġġu l-Kunsilli Lokali.
Ilbierah il-Ġimgħa, imbagħad, ivvota l-poplu tal-Irlanda u bdiet ukoll il-votazzjoni fir-Repubblika Ceka fejn il-votazzjoni hi mifruxa fuq jumejn, il-Ġimgħa u s-Sibt.
Illum, fl-istess ġurnata ta’ Malta qed jixħtu l-vot taghhom iċ-ċittadini tal-Latvja u s-Slovakkja. Waqt li qed ikomplu jivvutaw ukoll iċ-Ċeki, jibdew jivvutaw anke t-Taljani, li jkomplu bil-votazzjoni għada l-Ħadd. Dakinhar issir il-votazzjoni fil-bqija tal-Istati Membri tal-UE, l-Awstrija, il-Belgju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Cipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Fillandja, Franza, il-Germanja, il-Grecja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Izvezja.
L-iżgġar rappreżentanza fil-Parlament Ewropew se tkun ta’ 6 Membri Parlamentari Ewropej – f’Malta, il-Lussemburgu, Ċipru u l-Estonja. Waqt li l-akbar numru ta’ siġġijiet se jigi elett fil-Ġermanja li għandha 96 Membru Parlamentari.
Ta’ min jgħid li li ħames snin ilu kienu ġew eletti 736 Membru Parlamentari Ewropew. Wara s-sħubija tal-Kroazja dan in-numru tela’ ghħal 766 iżda, skont it-Trattat ta’ Lizbona, dan in-numru issa se jonqos għal 751.
U filwaqt li kif tintemm il-votazzjoni tibda l-istennija għar-riżultat, mhu se jkun hemm l-ebda riżultat uffiċjali qabel il-Ħadd wara li jkunu ivvutaw iċ-ċittadini tal-pajjżi kollha fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan bi ftehim bejn l-istati membri kollha.
//= $special ?>