Lokali

Opportunità biex tadotta kelb jew qattus waqt Open Weekend fl-SPCA

Matul dan it-tmiem il-Ġimgħa, l-SPCA se tkun qed torganizza Adoption and Open Weekend fil-kwartieri tagħha fil-Furjana.

Matul dan il-weekend se tkun organizzata l-attività ‘Find a Friend’. Fi kliem Miriam Casha, f’isem l-SPCA, din hija opportunità tad-deheb għal kulħadd biex iżur il-kwartieri tal-SPCA u jara l-klieb u l-qtates u jagħżel il-ħabib tiegħu – “A Friend for Life”.

Madanakollu, kif spjegat tajjeb Miriam Casha, il-proċess tal-adozzjoni ta’ kelb jitlob kawtela u kura kbira. Hija spegat li staff tal-SPCA
jitkellem mal-persuna li tixtieq tadotta l-kelb biex tifhem l-ambjent li Ġej minnu l-individwu biex l-istaff ikun jista’ jsib kelb addattat għas-sitwazzjoni tal-individwu. Hekk, ngħidu aħna, persuni li ma tantx għandhom ħin biex joħorĠu lill-kelb li jkunu se jadottaw, jingħataw kelb li ma tantx irid eżerċizzju.

Wara li ssir l-għażla tal-kelb li fl-opinjoni tal-istaff tal-SPCA jkun addattat, jibda proċess ieħor. Fil-każ ta’ klieb ta’ ċertu età l-persuna tintalab żżur l-SPCA għal xi tliet darbiet sakemm il-kelb jidra lill-individwu sabiex meta jmur id-dar, il-kelb ikun diĠà familjari mal-persuna li tkun se tilqgħu f’darha. Dan jgħin biex il-kelb ma jgħaddix minn tensjoni żejda. Miriam Casha spjegat li meta kelb jittieħed mill-ambjent tiegħu fl-SPCA għal Ġo dar, il-kelb se jgħaddi minn ċertu stress minħabba li jrid jaddatta ruħu għal ambjent Ġdid, nies Ġodda, ikel Ġdid u rutina Ġdida fost ħafna affarijiet oħrajn. Għaldaqstant permezz ta’ din l-inizjattiva, l-SPCA tkun qed tgħin biex meta l-kelb jidħol fid-dar il-Ġdida tkun xi ħaĠa naturali għalih u jintegra faċilment fl-ambjent il-Ġdid tiegħu.

Wara li ssir din il-proċedura, l-istaff tal-SPCA jsewwi lill-kelb, tagħmel microchip u l-kelb ikun jista’ jmur id-dar.

Minkejja li l-Open Weekend se jkun iffukat fuq l-adozzjoni tal-klieb, dawk li se jattendu u li jsibuha diffiċli li jadottaw kelb, se jkollhom l-opportunità li jisponsorjaw kelb.

L-Open Weekend se jsir nhar it-28 u d-29 ta’ Settembru mill-10.30am sal-5.30pm. Matul l-attività li hija miftuħa għall-familja kollha se jkun hemm ukoll numru ta’ stands ta’ ikel, stands minn fejn se jinbiegħu oĠĠetti bl-iskop ta’ Ġbir ta’ fondi għall-SPCA, wirja ta’ karozzi klassiċi u ta’ sewwieqa tar-roti, car wash u bouncing castle għat-tfal.