Sadanittant il-Kummissjoni Elettorali ħarġet ukoll iċ-ċifri tal-votanti li ħarġu jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet, magħrufin ukoll bħala ‘hamlets’.
Sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar kienu ħarġu jivvutaw 27.4%, bl-ikbar numru ta’ votanti fi Gwardamanga, parti minn Tal-Pieta’, fejn sas-sagħtejn ivvutaw 33.4%.
F’Tal-Virtu’, fir-Rabat, ivvutaw 25.4%, fil-Kappara, parti minn San Ġwann, ivvutaw 29.1% u fil-Madliena, fil-lokalita’ tas-Swieqi, ħarġu jivvutaw 29.8%.
Intant fil-komunita’ tas-Swatar, li tagħmel parti minn Birkirkara, ivvutaw 22.0% u fil-komunta’ tas-Swatar li tagħmel parti mill-Imsida sas-sagħtejn ivvutaw 25.3%.
//= $special ?>