Internazzjonali

Strike mix-xufiera tal-karrozzi tal-linja fil-Brazil

Għoxrin jum qabel l-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Brazil, il-pajjiż reġa’ bata l-konsegwenzi ta’ protesti u strikes matul il-ġurnata tal-bieraħ. L-istrike sar mix-xufiera tal-karrozzi tal-linja bil-konsegwenza li l-pubbliku ma kellux servizz ta’ tat-trasport pubbliku f’għaxar zoni f’Sao Paolo.

Ix-xufiera qed jitolbu żieda fis-salarju tagħhom ta’ 10 fil-mija. F’Sao Paolo jgħixu għoxrin miljun persuna u it-trasport pubbliku għandu rwol importanti ħafna fl-attivita’ ekonomika ta’ din il-parti tal-pajjiż.

Fl-aħħar jiem kien hemm ukoll protesti mill-għalliema, uffiċjali tas-sigurta’ tal-banek u l-Pulizija. Il-protesti qed isiru hekk kif il-poplu qed isostni li l-ħdax-il-biljun dollaru li qed jintefqu għall-organizazzjoni tat-Tazza tad-Dinja setgħu intefqu f’setturi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-housing u t-trasport.