21 suldat Malti, li jinsabu fi triqthom għal missjoni kontra l-piraterija lejn il-kosta tas-Somalja kienu fil-mira ta’ attakk fuq l-art permezz ta’ grenades f’ristorant li kienu fih fi Djibouti.
Stqarrija tal-Gvern spjegat li fortunatament is-suldati, li kienu parti mill-missjoni abbord il-bastiment HNLMS De Seven Provincien, jinsabu qawwijin u sħaħ. L-istqarrija spjegat li s’issa għad m’hemmx ħafna dettalji dwar il-każ, ħlief li s-suldati kienu qed jieklu f’ristorant ma’ numru ta’ suldati Olandiżi.
Il-Gvern qal li jinsab f’kuntatt mas-suldati Maltin involuti, filwaqt li kkonferma li s-suldati jinsabu abbord il-vapuri tal-Forza Olandiża, li kienu assenjati magħhom fil-missjoni.
//= $special ?>
