Roger Federer ġab fix-xejn lis-Slovakk Lukas Lacko biex rebaħ faċilment fi straight sets fl-ewwel round tal-Open ta’ Franza f’Roland Garros.
L-Iżvizzeru rebbieħ ta’ 12-il grand slam u li hu seed nru 4 ftit tħabat biex rebaħ 6-2, 6-4, 6-2.
Fir-round li jmiss Federer issa jilgħab kontra Diego Sebastian Schwartzman għal post mal-aħħar 32 wara li l-Arġentin rebaħ 6-4, 6-2, 7-5 lill-Portugiż Gastao Elias.
Kienu reġistrati wkoll rebħiet għar-Russu Youzhny, Stepanek u Berdych tar-Repubblika Ċeka u l-Kanadiż Milos Raonic.
Fost in-nisa s-seed nru 1 Serena Williams bdiet tiddefendi t-titlu b’rebħa komda 6-2, 6-1 fuq il-Franċiża Alize Lim.
L-Amerikana xejn ma dehret kuntenta bil-logħba tagħha imma qatt ma kellha problemi hekk kif bdiet it-triq li qed tittama li twassalha lejn it-tielet titlu tagħha fi Franza.
Williams għamlet 36 żball mhux sfurzat f’logħba li ħadet 78 minuta imma l-avversarja tagħha li m’għandiex esperjenza m’għarfitx tapprofitta.
Oħtha Venus Williams ukoll kellha bidu tajjeb b’rebħa 6-4, 6-1 fuq l-Iżvizzera ta’ 17-il sena Bencic.
Il-Pollakka Angieska Radwanska seed nru 3 ħadet kontroll tal-logħba wara li bbrejkjat liċ-Ċiniża 6-3, 6-0 bl-iskor 3-3 u minn hemm il-plejer li kienet semifinalista f’Wimbledon is-sena l-oħra, rebħet disa’ games konsekuttivi u ħadet ir-rebħa 6-3, 6-0.
//= $special ?>