Internazzjonali

Elezzjoni Presidenzjali ġdida fl-Ukrajna

Il-poplu Ukren qed jivvota f’elezzjoni li matulha se jinħatar President ġdid wara li xhur ilu tkeċċa Viktor Yanukovych. Vot li qed isir fi sfond ta’ ġlied fil-Lvant u tensjoni kbira mar-Russja.

B’kollox tmintax-il kandidat qed jikkontestaw din l-elezzjoni li qed titqies bħala pass il-quddiem li fit-tnaqqis tat-tensjoni. L-imprenditur Petro Poroshenko magħruf bħala ‘ir-re taċ-ċikkulata’ huwa l-favorit li jirbaħ din l-elezzjoni, bl-eks Prim Ministru Yulia Tymoshenko tidher li hija inqas favorita skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika.

Sadattant f’Sloviansk, tħabbar li ġurnalist Taljan u l-interpretu tiegħu nqatlu minn tiri ta’ arma tan-nar.