Internazzjonali

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Betlehem tibda bi vjaġġ fuq helikopter militari

Vjaġġ fuq helikopter militari ta bidu għal żjara li l-Papa Franġisku qed jagħmel fil-belt ta’ Betlehem. Matul il-ġurnata tal-Ħadd hu qaddes quddiem folla ta’ madwar 10,000 ruħ u kellu laqgħa mal-Mexxej Palestinjan Mahmoud Abbas.

Iż-żjara tal-Papa f’Betlehem hija parti minn vjaġġ ta’ tlett ijiem fil-Lvant Nofsani u li bdiet fil-Ġordan is-Sibt. Għalkemm din iż-żjara ġiet imfissra mill-Papa nnifsu bħala waħda b’sinifikat reliġjuż, kemm l-Iżrael kif ukoll il-Palestina qed iqisu din iż-żjara bi skop li jieħdu vantaġġ politiku minnha.

Sadanittant f’Ġerusalemm il-pulizija arrestat 26 estremist lhudi li kienu qed jipprotestaw fl-inħawi tal-għolja ta’ Zion fejn hemm ċimiterju li se jżur il-Papa.