Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

L-attenzjoni ddur fuq iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar

Hekk kif l-elezzjoni tal-bieraħ kienet waħda mexxejja, mingħajr l-ebda problemi partikolari jew kjuwijiet fil-postijiet tal-votazzjoni li fetħu fis-7am u għalqu fl-10pm, issa l-attenzjoni hija fuq iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fejn mill-bieraħ stess bdew jinfetħu l-kaxxi u l-voti, kif waslu fin-Naxxar u bdew jitqassmu f’pakketti ta’ ħamsin ħamsin.

Il-proċess propju tal-għadd mhux se jibda qabel illum il-Ħadd f’nofsinhar.

Segwi maltarightnow.com biex iżżomm ruħek aġġornat dwar l-andament tal-għadd tal-voti, fin-Naxxar.