Illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu magħrufa l-għaxar żwiemel finalisti tal-kompetizzjoni tas-Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan wara li saru ż-żewġ semi finali fuq distanza ta’ 2140m u li kienu jagħmlu parti mill-24 laqgħa tas-sena fuq 11-il tiġrija tat-trott. Dawn is-semifinali ntrebħu minn Yanantin Boko u Cloria Victis.
Fl-ewwel semifinali, Yanantin Boko, misjuq minn sidu stess Darren Mizzi, ħa l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan iż-żiemel kien fost l-aktar veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali, żamm il-kmand tul id-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul vantaġġ wara li aktar qabel xejjen l-isfidi ta’ Zalgado Transs R (Charles Degiorgio) u Zandina Boshoeve (Rodney Gatt). Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri) u Rocky Composite (Noel Baldacchino) għaddew ukoll għall-finali. Ir-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’ 1.14.5” fil-kilometru.
Il-favorit Cloria Victis (Charles Degiorgio) ma falliex milli jirreġistra t-tieni rebħa nfila u t-tielet waħda staġjonali fit-tieni semifinali tal-ogħla klassi. Cloria Victis mar quddiem wara ftit metri mit-tluq u żamm l-ewwel pożizzjoni u rebaħ faċilment b’aktar minn erba’ tulijiet quddiem The Bad Rock (Rodney Gatt) u Vejby Boom (Charles Camilleri). Lage (Claudio Refalo) u New Star DK (Noel Baldacchino) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li kkwalifikaw għall-finali. Cloria Victis rebaħ f’medja eċċezzjonali ta’ 1.13.9” fil-kilometru.
Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel waħda, attakk mibdi madwar 500m mil-linja finali wassal lil Phenix De La Roque (Charles Degiorgio) jirreġistra t-tieni rebħa staġjonali b’nofs tul quddiem Made In Hoff (Charles Camilleri), Nitesco D’Antony (David Ellul) u Lost Photo (Mario Fenech).
It-tieni tiġrija Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti bejn Oscar Mati (Rodney Gatt) u Quio De Nappes (Julian Farrugia) fid-dritta finali. Kien Oscar Mati, li ħa l-ewwel rebħa tas-sena, b’Versace Boko (Warren Spiteri) u Purple Hall (Charles Camilleri) ikollhom ukoll pjazzament pożittiv.
Intant is-sewwieq Għawdxi Julian Farrugia ġie ppremjat bħala l-aħjar sewwieq għax-xahar ta’ April. Farrugia għandu 50 sena u huwa minn Sannat.
Il-preżentazzjoni ta’ plakka kommemorattiva saret minn Mark Vella, Direttur fi ħdan il-kunsill tal-Malta Racing Club.
Timoko impressjonanti fl-Elitloppet
Fil-korsa ta’ Solvalla fl-Iżvezja saret l-edizzjoni 2014 tal-kompetizzjoni Elitloppet fuq żewġ heats fuq distanza ta’ mil bl-ewwel erba’ żwiemel minn kull heat għaddew għall-finali fuq l-istess distanza.
Il-heats intrebħu mill-Franċiż Timoko (Bjorn Goop) u Panne De Moteur (Orjan Kihlstrom) filwaqt li l-finali rat is-suċċess għal darba oħra ta’ Timoko u Goop f’medja ta’ 1.09.5” fil-kilometru.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Pine Wood Harry (C. Calleja) {in – 3.22.2” (1.20.4”) 2. Mystic River (F. Casha) 3. Nillans Comet (J. Farrugia) 4. Nolan Streamline (A. Mifsud)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Schejken Bill (Ch. Farrugia) {in – 3.27.1” (1.18.5”) 2. Marchallach (R. Gatt) 3. Paco (C. Xerri) 4. Lime Casted (K. Gialanze’)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Nacarat Campbell (R. Gatt) {in – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Regent De Tillard (A. Farrugia) 3. Markus Klipp (D. Mizzi) 4. Love Heart (S. Portelli)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Winner Farming (J. Bartolo) {in – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Notice As (C. Caruana) 3. Queops De Retz (C. Fenech) 4. Orio De Marancourt (F. Cassar)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Phenix De La Roque (C. Degiorgio) {in – 3.22.1” (1.16.5”) 2. Made In Hoff (C. Camilleri) 3. Nitesco D’Antony (D. Ellul) 4. Lost Photo (M. Fenech)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ouf Boy (M. Fenech) {in – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Rapide Du Matin (R. Gatt) 3. All American Class (D. Ellul) 4. Record Du Mexique (M. Cauchi)
VII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m.1. Yanantin Boko (D. Mizzi) {in – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Zalgado Transs R (C. Degiorgio) 3. Zandina Boshoeve (R. Gatt) 4. Vanmaker Limburgia (C. Camilleri) 5. Rocky Composite (N. Baldacchino)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Petrus Du Vivier (M. Desira) {in – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Quebus (N. Baldacchino) 3. Quo Vadis Phedo (C. Calleja) 4. Julian Port (M. Ellul)
IX Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Cloria Victis (C. Degiorgio) {in – 2.38.2” (1.13.9”) 2. The Bad Rock (R. Gatt) 3. Vejby Boom (C. Camilleri) 4. Lage (C. Refalo) 5. New Star DK (N. Baldacchino)
X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Oscar Mati (R. Gatt) {in – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Quio De Nappes (J. Farrugia) 3. Versace Boko (W. Spiteri) 4. Purple Hall (C. Camilleri)
XI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Quasar De Subligny (J. Attard) {in – 3.30.6” (1.19.8”) 2. Above Roland (G. Attard) 3. Men Gumman Da (T. Demanuele) 4. Niko De Chamant (V. Fenech)