Qorti

Allegazzjoni minn familja li Ministri ħadulha proprjetà b’mod illegali

Werrieta ta’ proprjetà fiż-Żurrieq qed iwissu żewġ Ministri Laburisti li se jfittxuhom għad-danni jekk ma jingħatawx kumpens għall-art li tteħditilhom fis-snin tmenin.
It-twissija saret minn Carmen Camilleri, Josephine Vella, Emanuel Camilleri, Juliet Farrugia, Michelina Calleja, Rita Vella Carmel Grixti u Patricia Camilleri f’isimhom u f’isem il-werrieta tal-mejjet :anni Camilleri, Carmen Grixti, Rita Vella u Carmel Camilleri.

Fi protest li dawn ippreżentaw fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Ministru tal-lum Joe Mizzi u l-Ministru Karmenu Vella, dawn il-familjari qalu li huma werrieta ta’ Catarna Camilleri li mingħandha wirtu proprjetà li tinsab fi Triq id-Dejqa kantuniera ma’ Triq il-Mitħna fiż-Żurrieq.

Huma semmew kif din il-proprjetà tteħditilhom fuq ordni tal-Perit Karmenu Vella meta dan kienu Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex infetħet triq li tinsab fi Triq id-Dejqa.

Waqt li semmew kif dejjem ingħataw x’jifhmu li l-art ittieħdet mill-Gvern u se jirċievu kumpens, il-familjari qalu li issa saru jafu li l-proprjetà tteœditilhom b’mod abbużiv u kontra l-liġi gœax ma ħarġet ebda dikjarazzjoni mill-President tar-Repubblika li l-art hija meħtieġa għal skop pubbliku.

Huma sostnew li minkejja dan il-MEPA ħarġet permessi ta’ żvilupp f’din it-triq, jiġifieri fi Triq id-Dejma, u għadha taċċetta applikazzjonijiet għal żvilupp fl-istess triq meta taf li tali triq hija proprjetà tagħhom.
Fl-istess waqt semmew kif fid-9 ta’ Mejju li għadda l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta wieġeb gœal protest ieħor li kienu ressqu fil-21 ta’ April ta’ din is-sena fejn qal li Transport Malta ma għandha ebda informazzjoni relatata mat-teħid tal-proprjetà u għalhekk “ħasel idejh minn kull responsabbilta”.

Kien għalhekk li dawn il-familjari qalu li kienu qed jagħtu liż-żewġ Ministri jumejn ċans biex jagħtuhom ħjiel jekk l-art kienx hemm bżonnha għal skop pubbliku u biex jagħtuhom kumpens talli għal dawn is-snin ċaħduhom mill-użu tagħha.

Huma wissewhom li jekk jonqsu li jagœmlu dan kienu se jfittxuhom għad-danni fosthom lill-Perit Vella talli “personalment qabad u awtorizza t-teħid tal-art meta kien jaf li tali art ma kinietx ġiet esproprjata mill-Gvern”. Il-protest kien ippreżentat mill-Avukat Anna Mallia.