Edukazzjoni Lokali

L-Università tiftaħ it-tieni Childcare Centre

L-Università ta’ Malta fetħet it-tieni Childcare Centre tagħha fil-Junior Colege fl-Imsida. B’investiment ta’ €350,000, iċ-Ċentru “Ilwien” joffri ambjent adattat għal tfal li għandhom bejn it-18-il xahar u t-tliet snin. L-ewwel Childcare Centre miftuħ mill-Università kien “It-Tajra”, li nfetaħ fl-1996 fuq il-Kampus.

Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, l-Università qed issaħħaħ l-impenn tagħha biex tiżgura li tkun fuq quddiem fis-settur tal-ħarsien tat-tfal. Dawn iċ-Ċentri joperaw bi prezzijiet kompetittivi ħafna u jipparteċipaw fl-inizjattiva tal-Gvern dwar Childcare Centres b’xejn. Għalhekk, il-ġenituri ta’ tfal li għadhom m’humiex eliġibbi jibdew il-Kindergarten 1 jistgħu japplikaw għaċ-Childcare bla ħlas.

Iċ-Childcare Centres jiffukaw fuq il-kwalità u huma konformi ma’ kriterji speċifiċi dwar il-proporzjon ta’ tfal u ħaddiema, filwaqt li jsiru verifiki regolari dwar is-saħħa u s-sigurtà, bl-istaff għandu kwalifiċi tajbin.