Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li hemm pjanijiet biex fl-Isptar Mater Dei jiddaħħlu numru ta’ persuni li għadhom kif temmew il-kors tal-MCAST għal Paramedic Aides ħalli jagħmlu t-testijiet tal-ECG. Sorsi qalulna li dan il-kors ftit li xejn jagħtihom taħriġ u esperjenza biex jagħmlu testijiet tal-ECG. Wisq anqas jagħtihom kwalifiki biex jagħmlu dan ix-xogħol.
L-ECG hu ntervent importanti u delikat ħafna, li jiċċekkja l-attività tal-qalb. B’hekk, il-fatt li jitħalla f’idejn nies bla esperjenza jista’ jkun ta’ dannu għall-pazjenti u saħanistra jpoġġihom f’riskju. Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalulna li dawn il-Paramedic Aides, li b’kollox jammontaw għal sitta, bħalissa qed iduru ma’ dawk li diġà jagħmlu t-testijiet tal-ECG fl-Istpar, nies li huma kwalifikati b’kors bil-prattika ta’ tliet snin, saħansitra b’eżamijiet barra minn Malta, ħalli jibdew isiru midħla tal-proċess ta’ dawn it-testijiet kruċjali għall-pazjenti li jagħmluhom.
Minhabba n-nuqqas ta’ taħriġ u esperjenza f’dan ix-xogħol ta’ dawn il-Paramedic Aides jidher li hemm il-pjan li jsir crash course ta’ ġimgħatejn fuq kif wieħed jagħmel testijiet tal-ECG segwit minn eżami. Madanakollu, il-persuni li tkellmu magħna xorta esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-ingaġġ u t-taħriġ qasir li se jingħataw dawn il-Paramedic Aides, hekk kif enfasizzaw li dawn huma testijiet kruċjali għas-saħħa tal-pazjent. Għalhekk jinħtieġu persuni mħarrġa sew u b’esperjenza.
//= $special ?>